Futbol Sport

Joe Muscatt jingħaqad ma’ Paderborn fil-Ġermanja

Il-midfielder ta’ dixxendenza Maltija Joe Muscatt issieħeb ma’ SC Paderborn 07 u se jkun qiegħed jilgħab mat-tieni skwadra tal-klabb Ġermaniż fl-Oberliga Westfalen li tiġi l-ħes kategorija tal-futbol Ġermaniż simili għan-National League tal-Ingilterra.

Muscatt diġa’ għandu passaport Malti u b’hekk huwa wkoll eliġibbli li jilgħab mat-tim nazzjonali Malti. Il-paġna ta’ Facebook ta’ Replay tikkonferma li l-MFA ilha għal bosta xhur issegwi lil Muscatt u teżisti l-possibilità li jkun imsejjaħ għal waħda mill-ewwel friendlies taaħt il-gwida tal-kowċ Devis Mangia.

Matul il-karriera tiegħu Muscatt kien mal-iskwadri tal-akkademja ta’ Tottenham Hotspur qabel ma ssieħeb ma’ Bolton Wanderers fejn kien intbgħat b’self ma’ Salford City.