Għat-tieni ġimgħa konsekuttiva, Lewis Hamilton iddomina l-Grand Prix tal-Ungerija fiċ-ċirkwit ta’ Hungaroring. Hamilton beda t-tellieqa fuq quddiem wara li fis-sessjoni ta’ kwalifikazzjoni rnexxielu jtemm fl-ewwel post.
Miegħu fuq il-podju daħlu Max Verstappen ta’ Red Bull li rnexxielu jirkupra minn inċident fid-dawra tal-bidu u kellu jidħol fil-pit stop u Valtteri Bottas li wara l-bidu ħażin li kellu rnexxielu jirkupra u jtemm fit-tielet post.
Is-sewwieqa ta’ Ferrari reġgħu ddiżappuntaw, b’Sebastian Vettel itemm fis-sitt post filwaqt li Charles Leclerc daħal fil-11 –il post. Fir-raba’ post temm is-sewweiq ta’ Racing Point Lance Stroll filwaqt li fil-ħames post daħal is-sewwieq ta’ Red Bull Alexander Albon.
Fis-seba’ post daħal is-sewwieq l-ieħor ta’ Racing Point Sergio Perez, fit-tmien post temm Daniel Ricciardo ta’ Renault u fid-disa’ post daħal Kevin Magnussen ta’ Haas. Fl-għaxar post temm is-sewwieq ta’ Mc Laren Carlos Sainz bl-unika sewwieq li ma rnexxielu itemm it-tellieqa jkun Pierre Gasly ta’ Alpha Tauri.
Kif Spiċċaw: 1 L. Hamilton 1:36:12.473, 2 M. Verstappen +8.702, 3 V. Bottas +9.452, 4 L. Stroll +57.579, 5 A. Albon +1:18.316, 6 S. Vettel dawra, 7 S. Perez dawra, 8 D. Ricciardo dawra, 9 K. Magnussen dawra, 10 C. Sainz dawra, 11 C. Leclerc dawra, 12 D. Kvyat dawra, 13 L. Norris dawra, 14 S. Ocon dawra, 15 R. Grosjean dawra, 16 K. Räikkönen dawra, 17 A. Giovinazzi dawra, 18 G. Russell dawra, 19 N. Latifi 5 dawriet, Ma Spiċċawx: P. Gasly
//= $special ?>