L-ebda ħjiel ta’ minn fejn se tkun l-entratura tal-mina bejn Malta u Għawdex… Ma’ Net News, il-Ministru Ian Borg ifarfar mir-responsabbiltà u jistqarr li dan se jkun f’idejn minn ser jieħu il-proġett
Il-Kumpaniji interessati li jieħdu ħsieb il-manutenzjoni u biex joperaw dan il-proġett huma 4… Waħda rreġistrata f’pajjiżna u l-oħrajn ġejjien minn pajjiżi bħall-Italja, l-Olanda, Franza, il-Ġappun u t-Turkija…
NET NEWS huwa infurmat li l-offerti preżentati kienu mill-Malta Gozo Fixed Link ltd, CCGYI, YAPI MERKIZI u Salini.
Fost dawn il-kumpaniji hemm is-sehem ta’ kumpanija blacklisted mill-bank Dinji, għall-investigazzjoni dwar frodi u li kienet tqabdet mill-Gvern biex jagħmel studju dwar il-possibilta li jinbena pont bejn iż-żewġ gżejjer.
Jidher ukoll li hemm konsorzju li jinkludi s-sehem ta’ negozjant li s-sena li għaddiet kien instema’ jgħid li l-eks Ministru u Deputat Mexxej Laburista Chris Cardona kien għaddielu kelma mal-eks Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi biex il-kumpanija tiegħu tingħata parti minn bajja prominenti f’San Ġiljan.
Il-Ministru Ian Borg, meta mistoqsi dwar il-ħlas propost biex wieħed jagħmel użu mill-mina, huwa wieġeb li ma jafx jekk hiex xi ħaġa li se tiġi diskussa issa jew inkella fl-aħħar fażi tal-proġett
Il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex kien mistħarreġ fl-aħħar snin mill-PN u l-proġett kien ukoll f’forma ta’ proposta fl-aħħar programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>