“Jekk tkun qed tagħmel xi ħaġa tajba, ma tistax tieqaf f’nofsha” … kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’intervista ma’ The Malta Independent on Sunday fejn tenna li l-Partit Nazzjonalista jmur aħjar f’sondaġġi jekk juża l-enerġija tiegħu fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u n-nuqqasijiet kollha tal-Gvern minflok ma juża l-enerġija f’tilwim intern… Huwa tenna li s-sigriet huwa li kulħadd jiġbed ħabel wieħed u jaħdem FLIMKIEN…
Huwa kompla jgħid li l-Partit tejjeb il-qagħda finanzjarja tiegħu u ħareġ b’ħafna proposi u ideat li jħarsu lejn il-ġid komuni tal-poplu Malti u Għawdxi.
Fl-intervista ma’ The Malta Independent, Adrian Delia wieġeb ukoll dwar l-allegazzjonijiet relatati mal-messaġġi fuq whatsapp ma’ Yorgen Fenech… messaġġi li fl-aħħar ġimgħat inħarġu mock-ups dwarhom.
Huwa tkellem li ma kien hemm ebda tip ta’ komunikazzjoni wara li kien hemm l-iżviluppi li rabtu lill-Yorgen Fenech mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Adrian Delia stqarr ukoll li jinsab inħasseb minħabba li għandna persuni li qedgħin f’kumpaniji sigrieti u li qed jisirqu lill-poplu Malti, persuni li huma esponenti ewlenin jew li kienu esponenti ewlenin fi ħdan il-Gvern Laburista.
Dwar il-kwistjoni fi ħdan il-PN Adrian Delia stqarr li ħa nota tal-messaġġi mgħoddija minn membri parlamentari u nies fil-partit biż-żewġ voti ta’ fiduċja li huwa ma kisibx l-appoġġ…
Huwa qal li jwarrab jekk iħoss li dak li qed jagħel ikun qed jieħu lill-Partit fid-direzzjoni il-ħażina jew inkella jekk dawk it-tesserati li eleġġewh ma jibqgħux jemmnu fih.
Finalment, huwa stqarr li r-responsabilta’ tiegħu bħalissa hija dik li jibqa’ jaħdem favur il-partit Nazzjonalista u favur pajjiżna… u hu hekk lest li dan jibqa’ jagħmlu sal-aħħar.
//= $special ?>