Lokali

Numru ta’ deputati jsejħu għal vot mit-tesserati

Numru ta’ deputati tal-Partit Nazzjonalista qed isejħu għal vot ieħor mit-tesserati. Dan saħquh permezz ta’ stqarrija fejn qalu li s-survey ippubblikat mill-MaltaToday huwa ta’ tħassib u għalhekk jixtiequ li issa t-tesserati jivvutaw biex ikun l-vot tagħha li jagħti liema direzzjoni jeħtieġ jieħu l-Partit Nazzjonalista.

Fl-istqarrija huma qalu li fl-istħarriġ li jqabbel il-fiduċja li jgawdu Robert Abela u Therese Comodini Cachia, intqal li Therese Commodini Cachia tirreġistra l-istess riżultati ta’ Adrian Delia, filwaqt li  minn dawk li ma vvutawx fl-elezzjoni ġenerali tal-2017, Therese Comodini Cachia tirreġistra il-fiducja ta’ 9%.

Id-deputati qalu li dawn ir-riżultati jikkonfermaw il-ħtieġa urġenti li t-tesserati tal-Partit Nazzjonalista jiġu msejħa biex jieħdu vot, u qalu li dan il-vot jista’ jgħaqqad il-mużajk fi ħdan il-Partit u jlesti ruħu għall- elezzjoni ġenerali li ġejja.

Huma qalu li b’dan il-mod, il-PN ikun jista’ jissaħħaħ u jkun alternattiva mistħoqqha għall-gvern ta’ Robert Abela li huwa mifni bi skandli ta’ korruzzjoni.