Tottenham għelbu lil Leicester 3-0 f’partita li kienet importanti għaż-żewġ timijiet minħabba l-ambizzjonijiet tagħhom li jiksbu post fl-Ewropa l-istaġun li ġej. It-tim ta’ José Mourinho mar fil-vantaġġ wara biss sitt minuti permezz ta’ auto-goal ta’ JUSTIN wara li x-xutt ta’ Son ħabat miegħu qabel daħal fix-xibka. Leicester kellhom ċans iġibu d-draw mal-20 minuta meta wara corner, id-daqqa ta’ ras ta’ Morgan spiċċat f’saqajn Vardy li ra l-konklużjoni tiegħu tiġi salvata minn Lloris.
Tottenham irduppjaw fis-37 minuta permezz ta’ HARRY KANE, bl-istess plejer jagħmilhom 3-0 tliet minuta wara b’gowl mill-isbaħ. Fit-tieni taqsima Tottenham għarfu jikkontrollaw lill-avversarji tagħhom biex b’hekk kisbu tliet punti importanti.
Premier League
Illum: Bournemouth v Southampton 0-2, Tottenham v Leicester 3-0
//= $special ?>