Futbol Sport

Rebħiet importanti għal Genoa u Brescia filwaqt li SPAL relegati

(Ritratt: EPA)

ĠENOVA– F’partita importanti għaż-żewġ timijiet kontra l-ġlieda tar-relegazzjoni, kienu Genoa li ħarġu rebbieħa fuq Lecce 2-1. It-tim ta’ Davide Nicola, fetaħ l-iskor wara tmien minuti permezz ta’ ANTONIO SANABRIA. Lecce kellhom ċans iġibu d-draw fil-ħin addizzjonli tal-ewwel taqsima b’Mancosu jonqos milli jiskorja minn penalty. MONOSCU ġab id-draw mas-siegħa logħob b’xutt mid-distanza. Auto-goal ta’ GABRIEL fil-81 minuta ta’ tliet punti importanti għal Genoa.

BRESCIA– Brescia kisbu rebħa importanti li tista’ tqawwilhom it-tamiet li jsalvaw posthom fis-Serie A meta barra f’darhom għelbu lil SPAL 2-1. Kienu SPAL fetħu l-iskor fit-42 minuta meta x-xutt ta’ DABO Joronen kien salvat parzjalment mill-gowlkiper, bil-ballun jispiċċa f’saqajn l-istess plejer li ma’ żbaljax it-tieni tentattiv tiegħu. Brescia ġabu d-draw fis-69 minuta permezz ta’ JAROMIR ZMRHAL. Brescia ħasbu li marru fil-vantaġġ bil-gowl ta’ Donnarumma jkun mħassar għall-offside. ZMRHAL kien l-eroj għal Brescia meta skorja fit-93 minuta wara li rċieva mingħand Donnarumma. B’din it-telfa SPAL jerġgħu jirritornaw jilgħabu fis-Serie B staġun ieħor.

NAPLI– Fi Stadio San Paolo, Napoli ġew minn gowl żvantaġġ biex għelbu lil Udinese 2-1.Udinese fetħu l-iskor fit-22 minuta permezz ta’ RODRIGO DE PAUL wara li Manolas naqas milli jtajjar l-ballun. ARKADIUSZ MILIK ġab id-draw fit-32 minuta b’konlużjoni tajba wara li rċieva mingħand Fabian. Fil-ħin miżjud tat-tieni taqsima kien MATTEO POLITANO li b’xutt minn barra l-kaxxa għeleb lil Musso.

FIRENZE– Fiorentina f’darhom għelbu lil Torino 2-1 huma marru fil-vantaġġ wara biss żewġ minut permezz ta’ auto-goal ta’ LYANCO. Fiorentina baqgħu jikkontrollaw il-partita u kien PATRICK CUTRONE li fil-75 minuta rdoppja għal Viola.