Lokali

Robert Abela jammetti li t-tkissir tar-reputazzjoni qed taffetwana ħażin – PN

Robert Abela ġie fi kliem il-PN dwar kif il-korruzzjoni u r-reputazzjoni jaffettwaw l-ekonomija u l-livell tal-għixien.

Il-PN qal dan permezz ta’ stqarrija għal mod kif Robert Abela ammetta li waqt diskussjonijiet mal-kapijiet tal-istati membri fl-Unjoni Ewropea, ddominat it-tema tal-governanza tajba li fi kliemu stess, tiddetermina kemm pajjiżna jieħu fondi Ewropej u għajnunuet oħra għall-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19.

Il-Partit Nazzjonalista ilu snin iwissi lill-Gvern fil-qasam tal-governanza tajba u jwissi li l-korruzzjoni mhux biss tħalli impatt soċjali u politiku negattiv iżda wkoll ekonomiku. Issa aktar minn qatt qabel, fid-dawl ukoll tal-pandemija, pajjiżna jeħtieġ gvern li jiżgura fondi biżżejjed għal pajjiżna, u mhux jisġiċċa jħalli lill-poplu jerfa’ l-piż tal-inkompetenza tiegħu.