Futbol Sport

Sampdoria jwettqu rimonta fit-tieni taqsima wara li kienu żewġ gowls minn taħt

(Ritratt: EPA)

PARMA- Sampdoria kisbu rebħa importanti biex jassiguraw posthom għal staġun ieħor fis-Serie A meta għelbu lil Parma 3-2. Parma fetħu l-iskor wara 18 –il minuta permezz ta’ GERVINHO wara azzjoni personali. It-tim ta’Roberto D’Aversa ħaseb li skorja t-tieni gowl fl-24 minuta permezz ta’ Caprari bil-gowl ikun mħassar għall-offside permezz tal-VAR . Parma għamluhom 2-0 fil-41 minuta permezz ta’ auto-goal ta’ BARTOSZ BERESZYNSKI. Sampdoria daħlu fil-partita fit-48 minuta meta minn corner ta’ Maroni kien JULIAN CHABOT bir-ras għeleb lil Sepe.

It-tim ta’ Claudio Ranieri ġab id-draw fid-69 minuta meta x-xutta ta’ FABIO QUAGLIARELLA ġie devjat għal wara l-gowlkiper ta’ Parma. Sampdoria komplew r-rimonta fit-78 minuta permezz ta’ gowl minn BONAZZOLI wara azzjoni maħduma tajjeb bejnu u bejn Quagliarella.