Kenneth Vella
Id-19 -il laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott saret il-Ħadd filgħaxija fil-korsa tal-Marsa. Spikkaw żewġ tiġrijiet tal-klassi Premier u li ntrebħu minn Vanderlov u Corky Ramirez. It-tiġrijiet saru kollha fuq distanza twila ta’ 2640m. Noel Baldacchino temm l-aħjar sewwieq bi tliet rebħiet.
Tlettax -il żiemel ħadu sehem fl-ewwel tiġrija Premier. Id-debba Franciza Bocsa De Lespi (Jesmar Gafa’) kienet l-aktar veloċi wara l-karozza tat-tluq u matul l-ewwel metri fetħet vantaġġ zgħir fuq il-kumplament tal-parteċipanti. Madankollu din id-debba bdiet tnaqqas mill-ġiri meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali. Din inqabżet minn Vanderlov (Melvin Farrugia) li ħa l-ewwel rebħa f’Malta wara li xejjen l-isfida tal-kwotat Output Pressure (Clint Vassallo). Annie’s Boy (Rodney Gatt) u Vakato (Chris Grech) daħlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.
Fit-tieni tiġrija tal-aqwa klassi, attakk mibdi biss 700m mil-linja finali wassal lill-favorit Corky Ramirez (Paul Galea) biex jakkwista l-ħames rebħa nfila u f’Malta. Dan b’tul minn Vivoli (Marvin Cauchi) u Vent Du Der (Charles Degiorgio). Vitinou (David Attard) daħal warajhom fir-raba’ pożizzjoni. Mingħajr dubju Corky Ramirez qiegħed jikkonferma li hu r-rivelazzjoni ta’ dan l-istaġun.
Ir-riżultati kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Drakkar Cleville (K. Saliba) Ħin –3.24.3” (1.17.4”) 2. Easy Sam (C. Camilleri) 3. Sandro Du Vivier (D. Baldacchino) 4. Contro Vento (L. Ghigo)
II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. O.C. Marafto (M. Debono) Ħin – 3.27.3” (1.18.5”) 2. Ernest Des Angles (C. Gauci) 3. High Handed (T. Demanuele) 4. Epee De Janeiro (J. Said)
III Tiġrija. Klassi Bronze A. Dist – 2640m. 1. Cadumroc (N. Baldacchino) Ħin – 3.23.8” (1.17.2”) 2. James Bond (M. Fenech) 3. Crac Ringeat (P. Galea) 4. Veyron Brodde (M. Ellul)
IV Tiġrija. Klassi Silver B. Dist – 2640m. 1. Razor Shadow (N. Barbara) Ħin – 3.26.3” (1.18.1”) 2. Cambaceres (P. Galea) 3. New Moon Pellini (Ch. Magro) 4. Tennis d’Anjou (C. Camilleri)
V Tiġrija. Klassi Bronze A. Dist – 2640m. 1. Eros Dairpet (N. Baldacchino) Ħin – 3.23.5” (1.17.1”) 2. Balzan (D. Gatt) 3. Elvis Des Pignes (C. Camilleri) 4. Mr Planner (J.P. Polidano)
VI Tiġrija. Klassi Bronze B. Dist – 2640m. 1. Dio Doti (C. Camilleri) Ħin – 3.27” (1.18.4”) 2. Ceylan Du Corbon (C. Camilleri) 3. Dicsou Montaval (J. Briffa) 4. Bellflower (C. Borg)
VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Vanderlov (M. Farrugia) Ħin – 3.17.6” (1.14.9”) 2. Output Pressure (C. Vassallo) 3. Annie’s Boy (R. Gatt) 4. Vakato (Ch. Grech)
VIII Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 2640m. 1. Ami Toon’s (D. Gatt) Ħin – 3.23.6” (1.16.8”) 2. Vasterbo Cheers (N. Baldacchino) 3. Bolide Atout (N. Barbara) 4. Uncle Oaks (K. Saliba)
IX Tiġrija. Klasi Premier. Dist – 2640m. 1. Corky Ramirez (P. Galea) Ħin – 3.18.9” (1.15.3”) 2. Vivoli (M. Cauchi) 3. Vent Du Der (C. Degiorgio) 4. Vitinou (D. Attard)
X Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Frankie Brodde (N. Baldacchino) Ħin – 3.21.4” (1.16.3”) 2. Hilda Nalan (C. Vassallo) 3. Aravis Roc (P. Galea) 4. Bello Du Tillet (M. Ellul)
//= $special ?>