Futbol Sport

Watford ikeċċu lill-kowċ Nigel Pearson

(Ritratt: EPA)

Watford keċċew lill-kowċ tagħhom Nigel Pearson meta għad baqa’ biss żewġ partiti oħra għal tmiem il-Premier League. Watford jinsabu fis-17 –il post tal-klassfika tliet ‘il bogħod miż-żona relegazzjoni wara li lbieraħ sofrew telfa oħra kontra West Ham. Pearson huwa t-tielet kowċ li kellhom Watford dan l-istaġun wara Javi Garcia u Quique Sanchez Flores. Pearson kien inħatar kowċ ta’ Watford fis-6 ta’ Diċembru li għadda.