Chelsea se jkun qed jilgħabu kontra Arsenal fil-finali tal-FA Cup wara li fis-semifinali għelbu lil Manchester United 3-0 f’partita nieqsa minn azzjonijiet denji ta’ nota. Kienu Chelsea li ħolqu l-aħjar okkażjonijiet bl-iskor jinfetaħ tard fl-ewwel taqsima wara li r-referee ordna 15 –il minuta fuq il-ħin regolamentari minħabba injury li sofrew Harry Maguire u Eric Bailly bil-plejer mill-Kosta tal-Ivorju kellu jinħareġ fuq stretcher.
Kien OLIVIER GIROUD li fil-ħdax –il minuta minn ħmista fetaħ l-iskor b’konklużjoni mill-viċin wara li rċieva cross preċiż minn Cesar Azpilicueta. Chelsea rduppjaw ftit wara kif ħarġu fit-tieni taqsima meta kien xutt ta’ MASON MOUNT bil-gowlkiper De Gea jonqos milli jżomm il-ballun. Chelsea għalqu l-partita fl-74 minuta meta kien Rudiger li kkonkluda bil-ballun jaħbat ma’ sieq HARRY MAGUIRE li qabel ma spiċċa wara De Gea.
Manchester United naqsu id-distakk fl-84 minuta meta James deher iwaqqa’ lil Martial fil-kaxxa bir-referee Mike Dean jordna penalty. Minn ħdax il-metru BRUNO FERNANDES ma żbaljax u tefgħa l-ballun naħa u l-gowlkiper in-naħa l-oħra.
//= $special ?>