Lokali Qorti

Żewġ żgħażagħ akkużati b’serq

Żewġ żgħażagħ tressqu l-Qorti b’akkużi ta’ serq ta’ mobile minn fuq mara minn San Ġiljan matul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt li għadda.

L-akkużati, Somali residenti Ħaż-Żebbuġ u Birżebbuġa, Adan Jama Shaban ta’ 24 sena u Muhanad Kaarshe Ahmed ta’ 22 sena wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.

Fost l-akkużi kien hemm ukoll li għexu ħajja ta’ bla eżempju

Ahmed qed jaffaċja akkużi oħra li kkawża ġrieħi ħfief permezz ta’ arma li taqta’ u bil-ponta lil raġel u akkużat li huwa reċediv.

L-ebda wieħed minnhom ma talbu għal-libertà proviżorja u lkoll inżammu taħt arrest preventiv.