Tifla ta’ 12-il sena kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ f’12.15 tat-Tnejn waranofsinhar fi Triq Margaret Murray fin-Naxxar meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 45 sena minn San Pawl il-Baħar u mutur misjuq minn raġel ta’ 44 sena mill-Għarghur fejn passiġġiera miegħu kien hemm il-vittma.
Fil-post ġew msejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija mid-Disrett kif ukoll tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lit-tifla l-isptar għal aktar kura fejn ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi.
//= $special ?>