Lokali Parlament

Appell għall-kwalità fil-produzzjonijiet televiżivi

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg appellat għall-kwalità fil-produzzjonijiet lokali li jxixandru fuq l-istazzjonijiet televiżivi.

Fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li l-preżentaturi jridu josservaw ir-regoli tal-Awtorità tax-Xandir u appellat biex jerġgħu jibdew isiru l-korsijiet neċessarji lill-preżentaturi.

Il-persuni bżdiżabbiltà m’humiex preżenti fix-xandir; dan hu nuqqas kbir għaliex għandu jkun hemm bilanċ. L-awtoregolamentazzjoni għandha tiġi meta jkun hemm it-taħriġ, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li qalet li l-bilanċ bejn l-aspett kummerċjali u l-kontenut hu vitali.

Illum kollox sar kummerċjali fix-xandir, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-Awtorità tax-Xandir għandha tosserva. Hi tkellmet ukoll dwar l-importanza tar-rispett fix-xandir.