Il-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, flimkien mal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà u s-Safeguarding Commission tal-Knisja f’Malta, qed tniedi Ċertifikat fil-Ħarsien (Safeguarding) tat-Tfal u ż-Żgħażagħ li se jiftaħ f’Ottubru 2020. L-applikazzjonijiet miftuħin.
Iċ-Ċertifikat hu fuq bażi part-time (filgħaxija) u mifrux fuq żewġ semestri. Hu maħsub l-aktar għal dawk involuti f’ħidma jew attività mat-tfal u ż-żgħażagħ, speċjalment fl-oqsma
tal-volontarjat, edukazzjoni, pastorali, ħidma soċjali, katekeżi, sport u rikreazzjoni. Il-lectures se jsiru l-Università u online.
Iktar informazzjoni u applikazzjoni tista tinkiseb f’dan il-link.
Dan il-kors hu wieħed mill-korsijiet li jikkwalifika għall-iskema ta’ boroż ta’ studju offruti mill-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta lil min jixtieq ikompli l-istudji tat-teoloġija u l-oqsma pastorali fil-Fakultà tat-Teoloġija.
Għas-sena akkademika 2020-2021, il-Fondazzjoni qed toffri għaxar boroż maqsuma kif ġej:
boroż ta’ €300 għal min japplika għaċ-Ċertifikat fil-Ħarsien tat-Tfal u Żgħażagħ
boroż ta’ €800 għal min japplika għad-Diploma fl-Istudji Reliġjużi
boroż ta’ €2,000 għal min japplika għall-Baċellerat fl-Arti (bl-Unuri) fit-Teoloġija (part-time), M.A. fl-Istudji Reliġjużi, M.A. fit-Teoloġija, M.A. fl-Ispiritwalità jew M.A. fl-Akkumpanjament Spirtwali.
L-applikazzjonijiet għall-boroż ta’ studju jagħlqu fl-1 ta’ Ottubru 2020