Il-Ballun tad-Deheb għal din is-sena mhux se jkun qed jingħata wara konferma minn L’Equipe li huma l-organizzaturi ta’ dan l-unur. Id-deċiżjoni ttieħdet wara konsultazzjoni ma’ dawk involuti, bir-raġuni prinċipali tidher li hi minħabba l-waqfien tal-kampjonati madwar id-dinja u li uħud minnhom ma tkomplewx.
“Mhux se jkun hemm l-edizzjoni tal-2020 għaliex wara konsiderazzjoni fid-dettall ħareġ li ma jistgħux jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha. Aħna nemmnu li din is-sena ma għandix tkun ittrattata bħala normali,” qal l-editur ta’ France Football Pascal Ferrè. Hu kompla li minn perspettiva sportiva, huma biss xahrejn mill-11-il xahar li normalment tiġi bbażata d-deċiżjoni li kienu normali. Dan hekk kif il-logħbiet l-oħra ma ntlagħbux f’kundizzjonijiet normali.
Ferrè kkonferma li l-unur jirritorna fl-2021 meta jittamaw li l-kundizzjonijiet iwasslu għal ġudizzju ġust. Raġuni oħra għaliex mhux se jingħata l-unur hu r-raġunament li mhux kulħadd jinsab fl-istess sitwazzjoni u għalhekk ma jistax isir tqabbil ġust. Hu sejjaħ id-deċiżjoni bħala l-anqas deċiżjoni ħażina mill-għażliet li kellhom.
//= $special ?>