Lokali

Hemm bżonn li nkunu nafu li l-Ministru Edward Scicluna għamel xogħolu sewwa – Repubblika

Minister for Finance and Financial Services Edward Scicluna addresses the EBRD information seminar-Malta Chamber of Commerce, Enterprise and Industry, Exchange Buildings, Republic Street, Valletta-25-2-2020

Jitolbu li jiġu pubblikati l-persuni nominati għal fuq il-Bord tal-Gvernaturi tal-FIAU

“Huwa fl-interess tal-pubbliku li jsir magħruf li l-Ministru tal-Finanzi ħatar b’mod validu l-membri tal-Bord tal-Gvernaturi tal-FIAU”.

Hekk sostna l-President tal-Moviment Repubblika Robert Aquilina f’ilment li għamel lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data wara li kemm il-Ministeru għall-Finanzi kif ukoll il-Korp tal-Pulizija rrifjutaw l-aċċess għad-dokumenti fejn hemm elenkati l-persuni nominati għal fuq dan il-bord mill-1 ta’ Jannar 2013 s’issa, fejn fosthom hemm inkluż ukoll l-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta.

Għaldaqstant Repubblika qed  jitolbu lill-Kummissarju Saviour Cachia sabiex bil-jhedd kollu li għandu jisfida din iċ-ċaħda l-għaliex saħqu li, l-aċċess għal informazzjoni huwa dritt fundamentali tal-bniedem.  Dan filwaqt li fost affarijiet oħra hemm interess pubbliku qawwi sabiex jiġu ppublikati dawn id-dokumenti.

Huma saħqu li tal-inqas f’dan il-każ hemm bżonn ta’ aċċess parzjali.

Robert Aquilina saħaq li issa huwa fatt magħruf li l-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta kellu ħbiberija man-negozjant Yorgen Fenech u saħansitra qed jiġi allegat li ftiehem mal-istess Fenech li qed jiġi akkużat bil-kompliċità fl-assassinju tal-ġurnalista Dapne Caruana Galizia.

Silvio Valletta kien ġie maħtur bħala wieħed mill-membri tal-Bord tal-Gvernaturi tal-FIAU fi Frar tal-2014 u konfermat f’Jannar tal-2017, minkejja li l-mara tiegħu kienet is-Segretarju Parlamentari, u aktar tard Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana.

Repubblika saħqu li huwa fatt magħruf ukoll li tul dan iż-żmien membri tal-FIAU provaw jinvestigaw suspetti ta’ ħasil ta’ flus allegatament mwettaq minn persuni fl-ogħla karigi tal-pajjiż – b’mod speċjali fil-kuriduri ta’ Kastilja, b’żewġ uffiċjali għolja tal-FIAU jitkeċċew minn xogħolhom fl-istess perjodu.