Lokali Parlament

Il-gvern għandu jgħin lill-ġurnalisti Maltin biex ixandru l-verità

Therese Comodini Cachia, PN

Il-gvern għandu jagħti l-assistenza lill-ġurnalisti Maltin li qed jaħdmu f’diffikultajiet; liema assistenza tippermettilhom li jibqgħu indipendenti u li joħolqu kundizzjonijiet tajbin tax-xogħol għall-impjegati flimkien ma’ protezzjoni biex jaqdu l-obbligu li jwasslu l-verità u l-fatti lill-poplu.

Fil-parlament Therese Comodini Cachia staqsiet jekk saritx il-konsultazzjoni neċessarja dwar id-direttiva tal-UE u kompliet li jekk din ma sarix qabel allura din setgħet saret qabel daħlet il-liġi.

Therese Comodini Cachia kompliet li din il-konsultazzjoni għandha tkun ppreżentata l-parlament. Minn konsultazzjoni li hi għamlet id-deputat Nazzjonalista qalet li intilfet opportunità biex ikunu indirizzati kwistjonijiet dwar ix-xandir.

Dwar il-kontenut tal-abbozz, Comodini Cachia qalet li dan se jolqot l-introjtu tal-media houses iżda jagħti protezzjoni lill-persuni b’diżabbità u lill-minuri.

Il-ministru issa se jkun responsabbli għax-xandir iżda jkun ħażin li dan ikun il-ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru li jimponi lix-xandir pubbliku biex flok ixandar l-aħbarijiet isiru l-konferenzi tal-aħbarijiet tal-Prim Ministru.

Therese Comodini Cachia qal li l-media houses għandhom ikunu protetti wkollu sostniet li l-anti-slapp hi proposta tal-PN li tressqet diversi darbi iżda l-gvern jippreżenta abbozz ta’ liġi dwar ix-xandir u ma jipproteġix lill-ġurnalisti Maltin.

Membri tal-gvern kienu qalu lill-barranin biex jibdew proċeduri kontra media houses Maltin bl-iskop li din tieqaf u tibża’ għax inkella jinqatgħulha l-fondi kollha. Dan mhux aċċettabbli għax dan iweġġa’ u hu abbuż.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar il-protezzjoni tal-minuri u qalet li dawn għandom jingħataw ħafna iktar protezzjoni. L-Awtorità tax-Xandir għandu jkollha azzjoni kif teduka lill-ġenituri u lit-tfal biex dawn ikunu edukati dwar dak li jiltaqgħu miegħu fuq il-media u kif jistgħu jipproteġu lilhom innfushom.

Hi tkellmet dwar l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà u sostniet li anki dawn il-persuni għandhom igawdu aċċess għall-media anki biex huam stess jidhru fuq il-media tal-partit.

Dwar il-litteriżmu tal-media, id-deputat Comodini Cachia qalet li r-realtajiet parallelli isiru mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u għalhekk għadu jkun hemm litteriżmu fil-media ferm iktar qawwi minn dak li hemm illum. Il-Gvern u l-Oppożizzjoni jridu jkunu veritiera mal-poplu; il-ministru m’għandux jidħol fl-għażla tal-bord tal-ħiliet fil-litteriżmu tal-media.

Dan il-bord m’għandux ikollu assistenza mill-gvern. Jeħtieġ li dawn li ilhom snin jinvesti fi produzzjoni kulturali jkunu mgħejjuna, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li għandha tingħata protezzjoni fil-produzzjonijiet Maltin.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-gvern għandu jaċċetta proposta mill-Istitut tal-Ġuralisti Maltin dwar l-anti-slapp. Dwar ix-xandir pubbliku, id-deputat Nazzjonalista rringrazzjat lil Reno Bugeja għall-ħidma li għamelt fix-xandir pubbliku. Lil Reno Buegja, il-Prim Ministru m’għamillux ħajtu faċli meta ħadlu prime time biex jagħmlu konferni tal-aħbarijiet. Hi appellat għar-rispett lejn il-persuni fix-xandir pubbliku.

Id-deputat Nazzjonalista appellat lill-gvern biex jippreżenta l-konklużjonijiet tal-aħħar konsultazzjoni pubblika li saret.