Ewropa Lokali

Il-Kummissjoni Ewropea tapprova fondi għas-sajjieda tat-tonn

Aħbar tajba għas-sajjieda Maltin hekk kif il-Kummissjoni Ewropea approvat skema ta’ €720,000 biex jgħin il-qasam tat-tonn.

L-għajnuna lis-sajjieda se tkun ikkalkulata skont il-kwota li ingħatat mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura. Is-sajjieda jistgħu jingħataw massimu ta’ €120,000.

Dawn il-fondi ġew approvati bħala parti minn għajuna finanzjarja  maħsuba biex jgħin lill-pajjiżi isostnu l-industriji li ħadu daqqa mill-pandemija tal-Coronavirus.

Il-Kummissjoni Ewropea ddeskriviet din il-miżura bħala waħda bżonnjuża biex jittaffew il-problemi  ekonomiċi li nħolqu fil-membri stati.