Lokali Parlament

Il-Ministru Bonnici ma jweġibx dwar is-sitwazzjoni tax-xogħol fil-pajjiż

Il-Ministru Owen Bonnici ma weġibx mistoqsijiet parlamentari tal-Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u tad-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech li staqsew kemm intilfu impjiegi fil-perjodu tal-COVID-19.

Minflok ta r-risposti tiegħu l-Ministru Owen Bonnici tkellem dwar il-credit ratings u qal li dawn qed jgħidu li Malta għandha t-tkabbir ekonomiku fost l-aqwa, jekk mhux l-aqwa.

Minflok wieġeb il-mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni, il-Ministru Bonnici attakka lill-Kap tal-Oppożizzjoni u lill-PN bis-sajjetti.