Lokali Qorti

Id-difiża ta’ Yorgen Fenech se jkollha f’idejha d-dokument tal-maħfra Presidenzjali ta’ Melvin Theuma

Id-difiża ta’ Yorgen Fenech li għamlet diversi talbiet li ma kienux aċċettati biex il-klijent tagħha jingħata l-maħfra Presidenzjali li ma ġietx milqugħa ngħatat raġun mill-Qorti biex il-maħra Presidenzjali ta’ Melvin Theuma tkun ippreżentata fil-Qorti fil-kumpilazzjoni kontra Yorgen Fenech.

It-tim tad-difiża tal-imprenditur li jinsab akkużat b’rabta mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia insista li bħala parti mill-kumpilazzjoni, fil-Qorti għandha tkun preżentata l-maħfra tal-middleman, bil-Qorti taċċetta t-talba u tordna li tkun eżibita.

Dan anke fid-dawl li hija temmen li Melvin Theuma mhux qed ikun konsistenti fix-xhieda tiegħu, liema maħfra skont l-istess difiża qatt ma kellha tingħata lilu.

It-talba għad-dokument saret il-ġimgħa li għaddiet meta d-difiża kienet qed tinterroga lil Ispettur Keith Arnaud, li minn naħa tiegħu qal li ma kellux kopja tal-maħfra miegħu.

L-argument tad-difiża kien li f’diversi każi oħra, dokumenti ta’ dan it-tip kienu eżibiti fil-Qorti, biex issa l-Qorti tat raġun lid-difiża, u ordnat lill-Kummissarju tal-Pulizija biex għas-seduta ta’ nhar l-Erbgħa li għandha tibda fid-9.30 am. jipprovdi kopja tal-maħfra fis-seduta.