Wolves jinsabu rebħa bogħod milli jikkonfermaw posthom fil-UEFA Europa League staġun ieħor wara li f’darhom għelbu lil Crystal Palace 2-0. Huma fetħu l-iskor fit-41 minuta bi kross ta’ Matt Doherty lejn Daniel Podence li skorja b’daqqa ta’ ras mill-qrib. L-iskor sar 2-0 fit-68 minuta b’azzjoni personali ta’ Adama Traore li qassam lejn Raul Jimenez fil-kaxxa, bl-attakkant isib lil Jonny li skorja b’xutt fuq in-naħa leminija tal-lasta.
It-tamiet ta’ Sheffield United li jiksbu post fl-Europa League sfaxxaw wara li kienu megħluba f’darhom 1-0 minn Everton. Din kienet l-ewwel rebħa ta’ Everton f’ħames logħbiet. Il-gowl deċiżiv wasal fl-ewwel minuta tat-tieni taqsima meta minn free-kick ta’ Gylfi Sigurdsson, il-ballun spiċċa fid-direzzjoni ta’ Richarlison li b’daqqa ta’ ras għar-rokna għeleb lil Dean Henderson.
Brighton aċċertaw minn post fil-Premier League għal staġun ieħor wara draw ta’ mingħajr gowls kontra Newcastle. It-tim ta’ Graham Potter kellu bżonn punt biex jassigura postu kompletament imma kienu siguri virtwalment. Fl-aħħar logħba, Brighton jilagħbu f’Turf Moor kontra Burnley u Newcastle jilqgħu liċ-champions il-ġodda Liverpool.
//= $special ?>