Fl-aħħar 24 siegħa kien irreġistrat każ ieħor ta’ Covid-19 li skont il-paġna tad-Direttorat tas-Saħħa huwa każ ta’ persuna li hija qrib ta’ każ irreġistrat fl-aħħar jiem.
Dan ifisser li dan allura huwa każ ta’ trażmissjoni lokali.
Il-każi attivi naqsu bi tnejn hekk kif żewġ pesuni fiequ mill-virus fl-aħħar sigħat, biex issa l-każi attivi f’pajjiżna huma 4.
Bħal ma sar komuni fi tmiem il-ġimgħa, in-numru ta’ swabs li saru kien pjuttost baxx – 582 swab meħudha l-Ħadd.
Iż-żewġ każi ġodda jtellgħu għal 677 il-każi rreġistrati f’Malta, b’664 persuna huma ċċertifikati mfejqa.
L-awtoritajiet tas-Saħħa jibqgħu jisħqu dwar l-importanza taż-żamma tad-distanzi soċjali, l-użu tal-maskri, il-ħasil tal-idejn ta’ spiss u ż-żamma tal-indafa sabiex ikun imrażżan it-tixrid tal-virus.
//= $special ?>