Internazzjonali Knisja

ITALJA: Lajċi jistgħu jgħammdu u jżewwġu… jekk ma jkunx hemm saċerdot

Fl-Italja, direttivi mhux tas-soltu hekk kif in-nuqqas ta’ saċerdoti qed tinħass tant li l-Vatikan ħareġ struzzjoniijet li f’każ ta’ bżonn, persuni lajċi jistgħu jmexxu ċerimonji ta’ magħmudija, funerali u żwiġijiet.

Il-Vatikan bgħat dawn id-direttivi lill-parroċċi li jagħtu l-poter lill-Isqfijiet sabiex jafda xi ċelebrazzjonijiet lil djakni, persuni oħra kkonsagrati u anke lil persuni lajċi, taħt it-tmexxija tal-Kappillan.

Persuni lajċi jistgħu imexxu Quddiesa f’każ li ma jkunx hemm saċerdoti disponibbli. Madankollu dawn ma jistgħux jagħmlu omelija tul il-Quddies.

Il-Vatikan jippreċiża wkoll li l-ebda tip ta’ ħlas m’għandu jsir għaċ-ċerimonji.