Lokali

Jinġabru aktar minn €600,000 tul il-Maratona Oħloq Tbissima

Fi tmiem il-ġimgħa nġabru xejn inqas minn €629,079 waqt il-Maratona Oħloq Tbissima.

Tul din it-18-il edizzjoni, b’maratona li damet għaddejja kumplessivament mal-21 siegħa fuq mhedda ta’ 3 ijiem – mat-tokki ta’ nofsillejl l-ammont kien jiżboq sewwa n-nofs miljun ewro.

Dawn il-flus mgħotija miċ-ċittadini ta’ qalb tajba ser ikunu qed imorru għall-missjonijiet tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl fil-Perù, Pakistan, Filippini u f’Malta stess – ġewwa Dar San Ġużepp f’Santa Venera.

L-għan wara din il-ġabra kienet fost oħrajn sabiex jagħtu jieklu lil numru kbir ta’ familji li spiċċaw isofru l-ġuħ kawża tal-pandemija tal-Covid-19.

Din il-maratona xxandret b’mod dirett fuq numru ta’ stazzjonijiet lokali, inkluż Net Television.