Is-Sindku Laburista tas-Siggiewi, Kurstein Sant se jkun qed jirrizenja mill-kariga ta’ Sindku b’sorsi jghidulna li se jibqa’ jservi bhala kunsillier.
Il-kunsilliera tas-Siggiewi llum ircevew agenda ghall-laqgha urgenti li se ssir ghada fis-6 ta’ filghaxija fil-binja tal-Kunsill Lokali tas-Siggiewi, li fiha hemm imnizzel li se tinqara l-ittra ta’ rizenja tas-Sindku u se ssir hatra ta’ Sindku gdid.
F’kumment lil dan is-sit, il-minority leader fil-Kunsill Lokali tas-Siggiewi, Alessia Psaila Zammit qalet li l-kunsilliera tal-PN se jibqghu jahdmu b’kuntatt man-nies u jaghmlu l-almu taghhom ghall-gid tal-lokalitá. Hi qalet li s-Sindku nfurmaha llum li kien se jirrizenja minhabba mpenji ta’ xoghol. Alessia Psaila Zammit sostniet li hi dejjem irrispettat d-demokrazija u l-ghazla tan-nies waqt li tifhem ukoll l-ghazla tas-Sindku, Kurstein Sant li jhalli l-kariga jekk ihoss li ma jistax jibqa’ jservi lill-lokalitá minhabba mpenji ohra.