Lokali

Karozza tieħu n-nar madwar roundabout

Fl-aħħar ħin karozza ħadet in-nar mar-roundabout ta’ taħt is-Saqqajja, fir-Rabat.

Fortunatament jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident li seħħ għall-ħabta ta’ 9.30pm. Jidher li s-sewwieq innota li hemm xi ħaġa ħażina u minnufih tefa’ mal-ġenb tar-roundabout. Is-sewwieq irnexxielu joħroġ fil-ħin mill-karozza qabel ġiet ħuġġieġa nar.

Fuq il-post marru għadd ta’ pulizija biex jassiguraw is-sigurta tan-nies filwaqt li dderieġu t-traffiku hekk kif iż-żona hi ewlenija li tagħti għar-Rabat, Ħaż-Żebbuġ u Ħ’Attard, fost oħrajn u b’hekk hi frekwentata minn għadd ta’ karozzi.

Ftit tal-ħin wara marret ukoll karozza tat-tifi tan-nar biex tikkontrolla s-sitwazzjoni.