Coronavirus Internazzjonali Saħħa

L-Università ta’ Oxford tiżviluppa vaċċin li jiġġieled il-coronavirus

Vaċċin kontra l-coronavirus li ġie żviluppat fl-Università ta’ Oxford jidher li hu sigur u li jgħin is-sistema immunitarja tiżviluppa b’tali mod li tikkumbatti l-virus.

Testijiet fuq 1,077 persuna urew li l-vaċċin għenhom jiżviluppaw antibodies u ċelloli bojod li jistgħu jiġġieldu l-Covid-19.

Minkejja din l-iskoperta importanti, għad irid jiġi stabbilit jekk il-protezzjoni li joffri dan il-vaċċin hijiex bizzejjed, u għal dan il-għan għad iridu jsiru ferm aktar testijiet.

Ir-Renju Unit diġà ordna 100 miljun doża minn dan il-vaċċin.