Lokali Unjoni Ewropea

NIŻVELAW L-ABBOZZ TAL-UE: Malta se tieħu €300 miljun addizzjonali mill-Ewropa

L-aħħar proposta preżentata mill-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel turi biċ-ċar li fuq il-mejda tad-diskussjoni qed jitpoġġew aktar flus għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin.

Net News jinsab f’pożizzjoni li jiżvela x’jinkludi l-abbozz li ġie preżentat:

  • Il-flus għal kontra l-Covid-19 żdiedu b’€50 miljun
  • Il-fond għall-agrukoltura żdied b’€50 miljun
  • Żieda ta’ €100 miljun f’fondi strutturali, €50 miljun għall-ħolqien tal-impjiegi
  • Fondi addizzjonali ta’ €25 miljun għall-immigrazzjoni u €25 miljun għall-kontroll tal-fruntieri

Dan is-sit jista’ jikkonferma li fuq dawn il-fondi kollha għad mhemmx qbil. Għalkemm l-indikazzjonijiet kollha juru li hemm ċans tajjeb li pajjiżna, kif ġara fis-snin passati, se jkompli jgawdi minn għajnuniet kbar ġejjin mill-UE.

L-istess abbozz qed juri li qed jiġi propost li jitnaqqas ftit inqas minn €8 biljun, fil-programm tas-saħħa (Health4EU) sabiex b’hekk kull ma jkun fadal mill-budget Ewropew allokat għas-saħħa huwa biss €1.7 biljun.