Lokali

Sirjan jindarab wara li jinqaleb high up f’Ħal Qormi

Sirjan residenti Santa Venera kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ndarab fuq il-lant tax-xogħol.

Il-każ seħħ ftit qabel it-tlieta tat-Tnejn waranofsinhar fi Vjal de la Cruz, f’Ħal Qormi meta għal xi raġuni nqaleb trakk high up.

Fil-post ġew msejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li ħarġu lill-barrani ta’ 43 sena mill-high up.

Dan filwaqt li l-vittma ttieħed l-isptar ghal aktar kura permezz ta’ ambulanza.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.