Żagħżugħ ta’ 22 sena li huwa ‘homeless’ u li fil-Qorti qal li jgħix fi ġnien ġie mixli quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello li ġimgħa ilu seraq diversi oġġetti minn ħanut tal-ħwejjeġ li jinsab fil-Belt, Valletta.
Nico Spalding wieġeb mhux ħati li mhux biss ta’ serq u ta’ attentat ta’ serq iżda li huwa kkommetta reat waqt li kien taħt ordni ta’ probation u li sar reċidiv.
Fil-Qorti huwa qal li jekk jingħata l-libertà proviżorja għandu fejn immur għax għandu ħabib tiegħu li joqgħod il-Belt, li lest li joffrielu akkomodazzjoni.
It-talba tiegħu għal libertà proviżorja kienet miċħuda fejn għalih deheret l-Avukat Graziella Tanti filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jeffrey Scicluna.
//= $special ?>