Futbol Sport

Atalanta jitilgħu fit-tieni post tas-Serie A

(Ritratt: EPA)

Atalanta kisbu tliet punti importanti biex b’hekk qabżu lil Inter u telgħu fit-tieni post tal-klassifika wara li għelbu lil Bologna 1-0. It-tim ta’ Bologna resaq l-aktar qrib fl-ewwel taqsima meta fid-39 minuta laqtgħu l-lasta bi freekick mill-isbaħ ta’ Musa Barrow.
Huma marru fil-vantaġġ fit-62 minuta meta wara li rċieva mingħand Zapata, kien LUIS MURIEL li tefgħa wara Skorupski għal 1-0. Minkejja l-pressjoni mit-tim ta’ Sinisa Mihajlovic, Atalanta għarrfu jikkontrollaw l-avversarji u kkonfermaw posthom fil-UEFA Champions League staġun ieħor.