Sport Sport Ieħor

Brian Galea jirbaħ l-MSSF Trap Grand Prix

Brian Galea rebaħ l-MSSF Trap Grand Prix li kien organizzat fix-Shooting Range Nazzjonali. Ma’ Galea fuq il-podju kien hemm William Chetcuti li spiċċa fit-tieni post segwit minn James Galea Jr.

Is-sitt finalisti kienu William Chetcuti li ġab 116/125, Christopher Farrugia li ġab 114/125, James Galea Jr. li kiseb 113/125, Eugenio Borg kiseb 113/125, Brian Galea ġab 112/125 u Stephen Vella li rnexxielu jġib 112/125. F’din il-kompetizzjoni ġew irreġistrati sitt sets perfetti, tnejn minn William Chetcuti u wieħed kull wieħed minn Brian Galea, Eugenio Borg, Stephen Vella u Nico Sciberras.

Dawk it-tiraturi li m’għaddewx għal fażi finali kellhom kompetizzjoni oħea bejniethom. Ir-rebbieħ tal-aqwa tiratur fl-ewwel ġurnata kien Nico Sciberras filwaqt li fi-tieni ġurnata r-rebbieħ kien Christopher Farrugia. Nico Sciberras rebaħ ukoll l-aqwa tiratur żagħżugħ, b’Mikaela Galea rebħet l-aqwa atleta femminili b’Johna Marmara tirbaħ l-kategorija tal-veterani.

Ir-riżultati finali: 1 Brian Galea 45/50, 2 William Chetcuti 40/50, 3 James Galea Jr. 31/40, 4 Eugenio Borg 26/35, 5 Christopher Farrugia 22/30, 6 Stephen Vella 17/25