Milan komplew bil-mixja pożittiva tagħhom u telgħu fil-ħames post meta barra minn darhom għelbu lil Sassuolo 2-1. ZLATAN IBRAHIMOVIC fetaħ l-iskor fid-19 –il minuta b’daqqa ta’ ras wara li rċieva mingħand Calhanoglu. Sassuolo ġabu d-draw fit-42 minuta meta Calhanoglu deher imiss il-ballun b’idu bir-referee jordna penalty wara konsultazzjoni mal-VAR.
Minn ħdax il-metru CAPUTO għamilhom 1-1. IBRAHIMOVIC reġgħa tefgħa lil Milan fil-vantaġġ ftit qabel il-mistrieħ meta wara li qabeż avversarju b’kalma għeleb lil Consigli għat-tieni darba. Sassuolo spiċċaw l-ewwel taqsima b’għaxar plejers wara li Bourabia ġie muri t-tieni karta safra. Milan ħolqu bosta okkażjonijiet ta’ skor fit-tieni taqsima iżda naqsu milli jisfruttawhom.
Serie A
Illum: Atalanta v Bologna 1-0, Sassuolo v Milan 1-2, Għada: Parma v Napoli 7.30pm, Inter v Fiorentina 9.45pm, Lecce v Brescia 9.45pm, Spal v Roma 9.45pm, Sampdoria v Genoa 9.45pm, Torino v Verona 9.45pm, Il-Ħamis: Udinese v Juventus 7.30pm, Lazio v Cagliari 9.45pm
//= $special ?>