Internazzjonali

Drama fl-Ukrajna; mal-20 persuna miżmuma ostaġġ fuq xarabank

Raġel armat li qed iġorr l-isplussivi fuq persuntu, bħalissa qed iżomm lil talanqas 20 persuna bħala ostaġġi fuq xarabank fil-belt ta’ Lutsk, lejn il-punent tal-Ukrajna.

L-aħħar rapporti mis-sit irreferew għal ‘xi sparar’ iżda ma jidhirx li rriżultaw il-midruba — bis-sitwazzjoni għadha waħda inċerta. Il-pulizija intant għalqu l-aċċessi kollha għas-sit fejn ix-xarabank jinsab wieqaf fiċ-ċentru ta’ Lutsk u ħarġu t-twissijiet biex in-nies fil-viċinanzi ma joħorġux minn djarhom u l-postijiet tax-xogħol.

Mifhum li għalissa għaddejjin il-kuntatti bejn l-awtoritajiet u l-aggressur fost rapporti (mhumiex ikkonfermati) li talaħħar identifika ruħu b’ismu.

Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, qed isegwi l-iżvilippi attwali li fissirhom bħala ‘ferm inkwetanti’.