“L-exit stratergy minn din is-sitwazzjoni hija meta jkollok tilqima li tkun effettiva u li tkun hemm għal kulħadd. “
Kliem is-Supritendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci f’intervista ma’ Net News….hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma kienu rapportati ebda każijiet ġodda ta’ coronavirus… u għalhekk il-każi attivi f’Malta baqgħu 4.
Fl-intervista ma’ dan l-istazzjon, il-Professur Gauci sostniet li hemm diversi kumpaniji li avvanzaw fir-riċerka biex ikollna tilqima kontra l-Covid-19.
Charmaine Gauci spjegatilna kif l-R Factor l-ġimgħa l-oħra kien jinsab fil-livell ta’ 0.3. Iżda dan mistenni jitla’ xi ftit fil-jiem li ġejjin ….hekk kif din il-ġimgħa kienu diġà reġistrati tlett każi ġodda pożittivi. Però tistqarr li sakemm l-R factor tibqa’ taħt il-wieħed, dan ifisser li t-tixrid tal-coronavirus ikun taħt kontroll.
Il-Professur Gauci qalet li dan huwa virus li għadna qed nitgħallmu fuqu. Filfatt, minn studju li qed isir jidher li l-ummunità għalih iddum biss għal ftit ġimgħat.
“Qegħdin naraw li hemm numru ta’ nies li jiżviluppaw l-antibodies kontra dan il-virus, imma dawk in n-nies li jiffurmaw dawn l-antibodies, ma jdumux hemmhekk, idumu bejn wieħed u ieħor xi xahrejn. Però qegħdin naraw li dawk in-nies li diġà kienu mardu b’dan il virus, ir- rata ta’ infezzjoni jekk jerġa’ jaqbadhom dan il-virus, huwa baxx ħafna.”
Fuq il-ftuħ tal-ajruport, hija qalet li minn mindu dan reġa’ fetaħ il-bibien tiegħu biex nilqgħu t-turisti, kellna biss numru żgħir ta’ persuni li ttestjaw pożittivi. Għalhekk hi tappella lil dawk li jkunu se jsiefru biex jibqgħu jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Mill-31 ta’ Lulju, l-AirMalta se tkun qed izzid titjiriet lejn it-Tunzeija.
Intant…għalkemm minn studju internazzjonali ħareġ li dan il-virus qed iħalli effetti fit-tul fuq persuni li jkunu pożittivi għal-coronavirus, fosthom sogħla persistenti, jidher li f’pajjiżna ma kienu rapportanti ebda każi simili.
Rigward l-iskejjel, is-Supritendent tas-Saħħa Pubblika tisħaq li huwa importanti ferm li jibqgħu jittieħdu l-prekawzjonijiet li bħalissa qed jittieħdu fi Skola Sajf… fejn mhux eskluż li dawn il-miżuri jibqgħu fis-seħħ meta terġa tibda sena skolastika ġdida f’Settembru.
U hekk kif qed jiżdiedu l-attivitajiet tal-massa, jibqa’ l-appell għar-responsabbiltà minn kulhadd.
“Dawk in-nies li huma anzjani jew għandhom xi mard kroniku, dejjem għandhom joqogħdu attenti fejn imorru u kemm jista’ jkun jevitaw li jiltaqgħu ma ħafna nies għax jista’ jkollhom il-virus u jgħadduh lil ħaddieħor. Dan għaliex jista’ jkun hemm nies li jkollhom il-virus u ma jkollhomx sintomi u għalhekk xorta jkunu qed jittrasmettuh lil ħaddieħor.
Finalment ma jonqosx l-appell tal-Professur Gauci sabiex kulħadd jibqa’ kawt għax sakemm ma jkunx hawn vaċċin li jaħdem, il-virus jibqa’ magħna.
//= $special ?>