Il-midfielder ta’ Tottenham Hotspur Eric Dier ġedded il-kuntratt tiegħu mal-istess klabb sal-2024. L-Ingliż ta’ 26 sena ngħaqad ma’ Tottenham fl-2014 mingħand Sportin Lisbon.
F’kummenti mas-sit uffiċjali tal-klabb, Dier qal li jinsab kuntent li ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Spurs għaliex kien il-klabb li tah l-opportunità li jilgħab fl-Ingilterra. Hu żied jgħid li l-mira tiegħu hi li jirbaħ l-unuri mal-klabb fl-istaġuni li ġejjin. Eric Dier lagħab 239 darba għal Tottenham fejn skorja 11 –il gowl
//= $special ?>