Ingliż ta’ 30 sena, residenti n-Naxxar ġie kkundannat ħames snin u nofs ħabs fuq każ ta’ pusses fuq importazzjoni ta’4.1 kilo kannabis għal skop ta’ traffikar biex ffranka sentenza massima ta’ għomor il-ħabs.
Il-Brittaniku Thomas Appleby kien spiċċa arrestat ma’ raġel ieħor wara li l-Pulizija sabet 2.1kilo ta’ droga fil-karozza tiegħu fl-2019. Huwa wieġeb ħati minflok ma jgħaddi ġuri.
Minħabba l-ammissjoni l-ġuri ma sarx u dan wara li l-Avukati tiegħu Franco Debono u Marion Debono għamlu patteġġament mal-Avukat Ġenerali fuq il-piena.
Appleby kien ġie arrestat flimkien ma’ David Alexander Grima, minn Ħaż-Żabbar u li kienu ħew akkużat b’konfoffa għall-importazzjoni tad-droga. M’rabta ma’ dan il-każ kien ġie arrestat Ingliż ieħor.
Matul l-arrest tiegħu, Appleby ammetta lill-pulizija li kien importa żewġ kilo oħra ta’ kannabis li kien fir-residena tiegħu, biex b’hekk l-ammont totali ta’ droga kien ftit iktar minn erba kilo.
Fl-akkuża tal-ħati, l-Avukat Ġenerali talab il-piena massima għat-traffikar tad-droga – dik ta’ għomor il-ħabs. Sussegwentement sar negozjar u argumenti bejn l-Avukat Ġenerali u d-difiża u ġiet deċiża li l-piena ta’ priġunerija għandha tkun dik ta’ ħames snin u nofs. Huwa ġie mmultat ukoll is-somma ta’ €10,000.
Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera filwaqt li l-Avukat Elaine Mercieca deheret f’isem l-Avukat Ġenerali. L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri kienu avukati tad-difiża għall-akkużat.
//= $special ?>