“Il-ġurnalisti għandhom jitħallew liberi minn kwalunkwe forma ta’ xkiel u rbit u għandhom jitħallew jaħdmu sabiex joħorġu l-verità u jżommu lill-politiċi responsabbli ta’ għemilhom.”
Sostna dan il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fi stqarrija fid-dawl tal-proposta tad-deputat parlamentari tal-gvern Jean Claude Micallef li tmur kontra dan għaliex ġġib lill-ġurnalisti dipendenti fuq il-gvern meta huma fid-dover jissindikaw anke lill-istess gvern.
Adrian Delia qal li jkun ferm konvenjenti għall-gvern Laburista li qed jegħreq fil-korruzzjoni, li jkollu f’idejh ukoll l-kontroll tal-ġurnalisti.
Il-gvern Laburista qed jurina li minkejja li bidel il-mexxej, għadu ma tgħallem xejn dwar il-governanza tajba u l-kontabilità.
Minn naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista jibqa’ determinat li jiddefendi l-valuri tad-demokrazija u l-libertà tal-espressjoni.
//= $special ?>