Robert Cutajar, PN
Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal fil-parlament li l-PN jemmen fis-serjetà fil-volontarjat u hu valur li jiddistingwi lill-pajjiż minn pajjiżi oħra. Dan hi riżultat tal-parteċipazzjoni qawwija tal-Maltin fil-volontarjat. Hu rringrazzja lill-Kummissarju għall-impenn tiegħu għaliex dan qed jikkontribwixxi bis-sħiħ.
Tajjeb għalhekk li l-Gvern u l-Oppożizzjoni jitkellmu flimkien; għalhekk ma tinftiehmix l-għaġġla li kellu l-gvern biex iressaq dan l-abbozz. Il-qasam tal-volontarjat għandu jibqa jitla’ fl-aġenda nazzjonali għaliex joffri wkoll 5,400 impjieg u 40,000 persuna li jikkontrbwixxu fil-volontarjat.
Jeħtieġ li l-għaqdiet volontarji jibda jkollhom il-vuċi fl-MSECD, sostna Robert Cutajar, li ppropona wkoll li jissaħħu r-riżorsi tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Volontarjat. Għad hemm problema ta’ burokrazija; il-livell ta’ konsultazzjoni li l-Gvern qed ikollu mal-għaqdiet għandu jkun imtejjeb.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Kunsill għandu jkun ikkonsultat dwar l-avviżi legali li l-gvern qed jippjana u li jitrattaw. Il-PN hu favur iktar kontabbiltà u serjetà fis-settur iżda bl-ebda mod m’għandhom jittieħdu deċiżjonijiet mgħaġġla li jistgħu joqtlu għaqdiet volontarji.
Robert Cutajar appella biex il-gvern jgħin b’mod immedjat lill-għaqdiet volontarji li kellhom effetti negattivi minħabba l-COVID-19; ikluż l-għaqdiet sportivi. Jirriżulta li l-gvern għadu ma implimentax il-miżuri li kien wiegħed; lanqas dawk fir-rigward tal-każini tal-baned u tal-football; miżura li tmiss mal-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li kull għaqda volontarja qed tikkontribwixxi bil-massimu tagħha u għalhekk il-gvern m’għandhux jagħmel distinzjoni bejn min jieħu l-għajnuna.
Hu appella biex ikun il-koordinazzjoni meħtieġa fl-isport bejn il-Gvernu l-Oppożizzjoni.
//= $special ?>