Din is-sena it-tim tal-BOV Club se jkollu jonqos milli jkun preżenti fi-ħafna l-Campus Visits, wara li għal aktar minn 25 sena kien preżenti fl-Università ta’ Malta u f’ħafna skejjel post-sekondarji oħra biex jiltaqa’ u jissoċjalizza mal-istudenti matul ix-xhur tas-sajf.
Bil-ħsieb li jtaffi ftit is-sitwazzjoni, it-Tim tal-BOV Club ser ikun stazzjonat fil-Fergħat tal-Bank of Valletta biex jiltaqa’ mal-istudenti. Għalkemm l-atmosfera żgur mhux se tkun l-istess, l-istudenti li jirreġistraw mal-BOV Club xorta se jibbenefikaw mill-offerti u l-vantaġġi kollha tal-BOV Club.
Waqt il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Fergħat, l-ambaxxaturi tal-BOV Club se jkunu disponibbli biex jilqgħu lill-istudenti fil-Club, jiftħu l-kontijiet bankarji, iwieġbu mistoqsijiet u jagħtu pariri lill-istudenti dwar kif jistgħu jiksbu l-massimu mis-sħubija tagħhom fil-klabb.
Is-sħubija mal-BOV Club hija bla ħlas. Studenti li ser se jibdew l-edukazzjoni post-sekondarja jew terzjarja tagħhom u li għadhom mhumiex membri jistgħu sempliċement jimlew din il-formola https://www.bov.com/Assistants/learn-more-about-bov-club, iċemplu fuq 2131 2020 jew jibagħtu imejl lil bovclub@bov.com biex jagħmlu appuntament ma’ Ambaxxatur tal-BOV Club.
L-ambaxxaturi libsin polo-shirt tal-BOV Club, se jkunu qed jistennew sabiex jgħinu lill-istudenti jibdew il-vjaġġ tagħhom mal-BOV Club. Din is-sena, il-membri l-ġodda tal-BOV Club se jingħataw rigal ta’ €50 fi flus u dawn se jiġu ddepożitati direttament fil-BOV eAccount il-ġdid tagħhom.
Il-BOV eAccount jitħaddem b’mod onljan u għandu rata ta’ imgħax ogħla minn kont normali tat-tfaddil. Il-membri tal-BOV Club jibbenefikaw minn numru ta’ servizzi u prodotti b’xejn.
Fost dawn hemm kreditu dirett tal-istipendju, notifika bl-SMS hekk kif l-istipendju jidħol fil-kont, BOV Cashlink Card contactless, BOV Pay, BOV Mobile Banking, BOV Mobile to Mobile Payments, BOV Internet Banking, pagamenti tas-SEPA elettroniċi, top-ups tal-mobile istantanji, self għall-istudenti b’rati speċjali li jinkludi kopertura tal-ħajja bla ħlas fost aktar benefiċċji.
L-istudenti li huma diġà membri m’għandhomx għalfejn iġeddu l-isħubija tagħhom. Din l-offerta hija valida sal-31 ta’ Ottubru 2020 u l-ewwel stipendju għandu jkun ikkreditat f’kont tal-Bank of Valletta sal-31 ta’ Jannar 2021. Aktar informazzjoni u termini u kundizzjonijiet huma disponibbli fuq https://www.bov.com/content/bov-club-benefits.
//= $special ?>