“Irrid inħalli legat ta’ governanza tajba u livell tekniku aħjar”, dan kien il-messaġġ prinċipali tal-President tal-MFA Bjorn Vassallo waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar ir-riformi tal-governanza t-tajba fi ħdan l-MFA. Vassallo tkellem dwar l-importanza ta’ sostennibiltà finanzjarja kemm għall-klabbs kif ukoll għall-assoċjazzjoni. Il-President introduċa numru ta’ kumitati fi ħdan l-MFA li r-responsabbilità tagħhom se tkun li jmexxu r-riforma proposta fit-30 xahar li ġejjin. Hu żied jgħid li din ir-riforma kienet proposta fil-manifest li eleġġieh bħala President sena ilu u se jkun qiegħed isegwi li din ir-riforma tkun qegħda sseħħ.
Il-Viċi President tal-MFA Matthew Paris, qal li l-MFA se tkun qed taqsam dawn ir-riformi fi tnejn, riforma fl-asssoċjazzjoni, fejn l-MFA se tkun l-istituzzjoni li se tixxpruna biex l-istatut ikun jinsab aġġornat maż-żminijiet tal-lum. Il-parti l-oħra tar-riforma se tkun dik fil-liċenzjar tal-klabbs. Paris tkellem ukoll dwar il-pjan li l-klabbs ikollhom tibdil fit-tmexxija u hu propost li l-klabbs ikunu kummerċjalizzati.
Dr. Peter Fenech li se jkun involut fi ħdan din ir-riforma se jkun responsabbli mir-riforma fil-liċenzjar tal-klabbs fejn tkellem dwar l-importanza li r-riforma sseħħ kemm fil-parti amministrattiva u kemm f’dik teknika. Fenech qal ukoll li fil-jiem li ġejjin se jkun qiegħed jitnieda stħarriġ pubbliku li se jkun qed isegwi l-opinjoni pubblika dwar il-futbol lokali. Preżenti għall-konferenza kien hemm ukoll membri oħra fi ħdan ir-riforma fejn elenkaw ir-responsabbiltajiet tagħhom, bis-Sur Stefan Buontempo se jkun responsabbli mill-Kumitat tal-Etika u l-Integrità filwaqt li s-Sur Angelo Chetcuti se jkun qiegħed isegwi li t-tibdil fl-istatut iwassal għall-qafas strateġiku.
//= $special ?>