Għalkemm l-inbid huwa prodott lokali popolari ferm madwar id-dinja, il-maġġor parti tal-għeneb li jittiekel jiġi impurtat minn pajjiżi oħra.


Kien għalhekk li madwar tliet snin ilu, bdew jinżeraw xtieli tal-għeneb tal-mejda li llum qed iħallu l-frott; proġett li beda bi prova, b’ħafna teknika u riċerka u li mistenni jsaħħaħ is-suq lokali f’dak li għandu x’jaqsam għeneb tal-mejda. Hekk saħaq magħna Gerald Vella minn Viti Malta.

Tkellimna ma wieħed mill-ħafna bdiewa li ta’ kuljum jieħdu ħsieb dawn l-għelieqi biex jaċċertaw li l-familji Maltin ikunu jistgħu igawdu minn l-aqwa għeneb possibli. Sistema xjentikfika ta’ dan it-tip tgħin biex l-ilma tax-xita ma jasalx fuq ix-xtieli u l-ammont ta’ dawl mix-xemx ikun dejjem dirett mingħajr ma jagħmel ħsara hekk kif kollox ikun kontrollat b’mod naturali li jgħin biex il-prodott ikun itjeb u l-aqwa possibli għas-saħħa tal-bniedem. Bhal kull sena, l-istagun tal-għeneb jilħaq il-qofol tiegħu lejn l-aħħar ta’ Awwissu.


Ritratti: Matthew Tabone
//= $special ?>