€21,000 – daqshekk swew il-vjaġġi ta’ Joseph Muscat, martu u t-tfal biex marru Dubai, fl-aħħar xahar tieghu bħala Prim Ministru.
L-ispejjeż għaż-żjara li saret f’Dubai kienu mħallsa minn terzi persuni. Dan kien żvelat minn Rapport tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, George Hyzler illi ma sab l-ebda ksur tal-etika fiż-żjara ta’ Muscat f’Dubaj.
Il-Kummissarju qal li Joseph Muscat talbu sabiex id-dettalji taż-żjara ma jiġux żvelati. L-eks Prim Ministru xtaq li r-raġuni għalfejn mar u għalfejn ħallaslu jibqgħu moħbija.
Anke meta mistoqsi mill-ġurnalisti ta’ The Malta Independent, reġa’ aċċerta li Ħadd ma jsir jaf dettall ieħor dwar iż-żjara tiegħu f’Dubai ta’ Diċembru li għadda.
Joseph Muscat kien mar fuq btala f’Dubai ma’ martu Michelle u wliedu, jiem biss wara li ħabbar ir-riżenja tiegħu minn Prim Ministru. Ftit ġranet qabel Muscat kien żar il-Belt tal-Vatikan u Betlehem. U wara, kien siefer ukoll Londra.
//= $special ?>