Fi tmiem il-ġimgħa li għadda, il-bar tal-Każin tal-Partit Nazzjonalista f’Għajnsielem reġa’ fetaħ għall-pubbliku b’dehra ġdida li tappella għaż-żminijiet tal-lum.

Dan wara xogħol ta’ tisbiħ u rinovar totali li sar fiż-żona tal-bar mill-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista f’dan ir-raħal u bl-għajnuna ta’ diversi voluntiera.
B’hekk dan it-tisbiħ mhux biss jappella għas-sajjieda u l-bdiewa, li jiffrekwentaw il-Każin sa mill-5.30am, kif ukoll lit-turisti u l-Għajnselmiżi li jiffrekwentawh matul il-ġurnata, iżda anki lil aktar żgħażagħ li jfittxu dan il-Każin filgħaxija.
