Sport Sport Ieħor

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-weightlifting bl-ewwel kompetizzjoni mill-pandemija

(Ritratt: MWA)

L-Assiċjazzjoni Maltija tal-weightlifting organizzat l-ewwel kompetizzjoni minn wara l-bidu tal-pandemija tal-coronavirus. Din kienet organizzata fil-kumpless sportiv tal-Kottonera. Il-kompetizzjoni kienet wieħed ta’ suċċess kemm f’termini ta’ riżultati kif ukoll f’termini ta’ parteċipazzjoni. Grazzi għall-MWA bosta weightlifter xorta waħda baqgħu għaddejijien bit-taħriġ tagħhom waqt il-pandemija minkejja li l-faċilitajiet sportivi ngħalqu.

Fil-kategorija tal-kbar, Yazmin Zammit Stevens spiċċat fl-ewwel post, hi tinsab fl-istadju ta’ tħejjija għall-Kampjonati Ewropej li se jsiru bejn Ottubru u Novembru fir-Russja u se jkunu avveniment ieħor ta’ kwalifikazzjoni Olimpika għall-Olimpjadi tas-sena d-dieħla. Fil-kategorija tal-irġiel, ir-rebbieħ kien Anton Micallef fejn kien segwit minn Shaun Ciantar u Rodmar Pulis.

Fil-kategorija tal-Bniet Kadetti ta’ taħt it-12 –il sena r-rebbieħa kienet Kim Camilleri Lagana fejn rnexxiela tikseb 177 punt. Fit-tieni post temmet Julia Grima b’129 punt u ġiet segwita minn Aaliyah Gatt b’123 punt. Il-kategorija tas-Subien Kadetti, ir-rebbieħ kien Nathan Mifsud b’102 punti.

Il-kategorija ta’ bniet żgħażagħ ta’ taħt il-15 u s-17 –il sena kienet iddominata minn Tenishia Thorton fejn minkejja l-injury li qed issofri rnexxiela tikseb 191 punt. Thorton bħalissa qed tħejji wkoll għal numru ta’ kompetizzjonijiet internazzjonali. Rylee Borg rnexxielu jwaqqaf 8 rekords nazzjonali fil-kategorija ta’ taħt il-15 –il sena u 5 rekords fil-kategorija ta’ taħt is-17 –il sena. It-tim Malti se jkompli jħejji għal numru ta’ kompetizzjonijiet internazzjonali u se jjkun qieħged jieħu sehem ukoll f’kamp ta’ taħriġ flimkien mal-kowċ Tamas Feher.