Lokali Qorti

L-eks Segretarju tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes illiberat mill-appell fuq każ ta’ frodi

Josef Grech, eks Segretarju tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes ta’ Raħal Ġdid li kien kundannat sena ħabs mill-Qorti tal-Maġistrati fuq każ ta’ frodi dwar ċekkijiet li ma jissarfux ġie lliberat mill-Qorti tal-Appell.

Dawn kienu jikkonsistu fost oħrajn fi ħlasijiet għall-bandisti tas-soċjetà biċ-ċekkijiet jibbawnsjaw. Mill-provi rriżulta li l-ispejjeż kollha li toħroġ is-Soċjeta’ biex isir kull kuntratt mall-bandisti baranin huwa ta’ €1,397.62 ikunu kemm ikunu is-servizzi sa massimu ta’ 12-il servizz fis-sena.

Il-każ għandu x’jaqsam ma’ tisrif ta’ ċekkijiet fil-konfront ta’ Saviour Spiteri minn Ħaz-Żabbar, Alberto Serra mill-Gżira u George Cassar minn San Pawl il-Baħar. Grech ta’ 39 sena u residenti l-Marsa ġie ġie kundannat sena ħabs flimkien ma’ żewġ uffiċjali oħra tal-istess soċjetà.

Il-Qorti tal-Appell Kriminali preseduta mill-Imħallef Conseulo Scerri Herrera qalet li tqis li sabiex tinsab htija taħt l-artikolu 308 jew 309 tal-Kapitolu 9 tal-Liġijiet ta’ Malta jeħtieġ li mhux biss li l-imputat ikun jaf, jiġifieri li jkollu x-xjenza li tali ċekk ma jistax jissarraf, haġa li skont il-Qorti tqis li Grech kien jaf bil-qagħda finanzjarja tas-soċjetà.

Dan tant li kien jitlob il-kredituri jagħtuh lura ċekkijiet u jibdilhom ma oħrajn. F’dan il-każ partikolari jirriżulta skont ix-xhieda ta’ George Cassar, li Grech kien għamel wiċċu u ħablhu ċekks ta’ l-ex għarusa tiegħu biex jaġixxu ta’ garanzija għall-pagament tal-cash li ġie wara.

Dwar Alberto Serra irriżulta, waqt il-kawża, li meta dan Serra mar fuq
Grech u qallu bil-problema taċ-ċekks li kienu ma ġewx onorati dan Grech,
dejjem biex isolvi din il-problema li ħoloq ħaddiehor, saħansittra ffirmalu
Kambjali favur tiegħu u dan Serra fil-fatt f’idu għad għandu sal-lum kambjali validi li jiggartulu l-pagament.

Il-Qorti qalet li Grech lanqas ma jista’ jinstab ħati tat-tieni akkuża li r-
reat li seħħ waqt il-perjodu operattiv ta’ sentenza sospiza mogħtija fil-5 ta’ Mejju, 2010.

Għal dawn il-motivi, l-Qorti annullat is-sentenza tal-Ewwel Qorti fil-konfront ta’ Josef Grech u lliberatu kemm mill-htija kif ukoll mill-piena. Xahar ilu Il-President, is-Segretarju u t-teżorier tal-każin tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes ta’ Raħal Ġdid kienu ġew kundannati disa’ snin ħabs bejniethom fuq frodi ta’ aktar minn €25,000 għad-dannu tal-Maltapost.