Sport Waterpolo

Man Up+ ta’ din il-ġimgħa fuq Net On Demand | Sliema jiċċelebraw l-ewwel unur mill-2015

Fit-tieni programm Man Up+, tal-iskeda tas-sajf ta’ Net Television, ingħatat ħarsa estensiva lejn dak kollu li seħħ fil-ħames u l-aħħar ġurnata tal-Enemed Cup, kif ukoll dak li ġara fis-semifinali u l-finali ta’ din l-istess kompetizzjoni li wasslet sabiex Sliema rebħu l-ewwel unur tal-istaġun.

Immexxija minn Sergio Afric bħala kowċ, Sliema għelbu lil San Ġiljan 10-6 biex b’hekk is-Slimiżi rebħu l-ewwel unur tagħhom fil-waterpolo Malti wara ħames snin. L-aħħar unur ta’ Sliema kien ir-rebħ tat-Tazza tal-President lura fl-2015.

Sabiex issegwi Man Up+, li xxandar it-Tnejn, 20 ta’ Lulju fuq Net Television, tista’ tagħfas fuq dan il-link t’hawn taħt:

https://netondemand.mt/play/11964

Man Up+ għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Christian Micallef u jixxandar kull nhar ta’ Tnejn fid-9.00pm fuq Net Television. Il-programm sportiv sajfi jitwassal bl-appoġġ ta’: Gillette u VJ Salomone Marketing, IZIBET, Motors Inc. u Jeep Malta, Dove, Office Group, Jet Freight Limited, Dizz Group u Pastrocchio Malta, Grand Hotel Excelsior Malta

Tags