Eks priġunier Serb kellu l-istat ta’ immigrazzjoni tiegħu revokat wara li nħeles mill-ħabs. Dan wara li Qorti ddeċidiet li l-arrest tiegħu kien illegali. Il-Qorti qalet li ordni ta’ tneħħija waħedha mhix biżżejjed biex iżżomm persuni għall-finijiet tal-att dwar l-immigrazzjoni.
L-Ispettur Darren Buhagiar qal fil-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello li Aleksander Stojanovic kien għadu kemm skonta sentenza ta’ ħabs u nħeles aktar kmieni dan ix-xahar.
Huwa ġie mibgħut lis-Sezzjoni tal-Immigrazzjoni, li ħarġet ordni ta’ ritorn għal Stojanovic, iżda li naqset milli toħroġ ordni ta’ tneħħija. Stojanovic inżamm taħt kustodja tal-pulizija sakemm seta’ jkun irranġat ir-ritorn tiegħu lejn art twelidu.
L-avukat tiegħu, Jason Grima, sussegwentement kien ippreżenta proċeduri ta ‘habeas corpus’ (azzjoni kontra arrest illegali), jattakka l-arrest tar-raġel bħala illegali, wara li nħeles mill-ħabs.
Huwa argumenta li ordni ta’ ritorn mhix l-istess bħal ordni ta’ tneħħija u t-tnejn kellhom ikunu preżenti sabiex ir-raġel jiġi ttrasportat barra mill-pajjiż.
Il-Qorti, wara li eżaminat il-liġi rilevanti, qablet, u qalet li “kienet l-ordni ta’ tneħħija u l-ordni ta’ ritorn flimkien u mhux l-ordni ta ‘ritorn waħedha li tawtorizza d-detenzjoni ta’ persuna [għall-finijiet ta ‘l-att ta’ immigrazzjoni].”
Hija ordnat lill-Prosekuzzjoni biex jeħles lil Stojanovic immedjatament mill-arrest. Hija ordnat ukoll li kopja tas-sentenza flimkien ma’ l-atti tal-każ jintbagħatu lill-Avukat Generali mill-ewwel..
//= $special ?>